Kamra tas-sodda Bedroom

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal KAMRA TAS-SODDA. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KAMRA jsir biż-żewġ idejn forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel fin-nofs fuq quddiem. Il-werrejja jersqu lejn il-ġnub imbagħad jersqu lura u wara jersqu fin-nofs fejn jerġgħu jiltaqgħu. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal RAQAD. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 u jitqiegħdu pala ma’ pala fil-ġenb tar-ras waqt li r-ras tmil fuqhom. It-tieni sinjal l-istess bħal l-ewwel wieħed ħlief illi fit-tieni parti id waħda biss titqiegħed fil-ġenb tar-ras bil-pala tħares ’il fuq u r-ras tmil fuq il-pala.

There are two similar signs for BEDROOM. The first sign has two parts. (i) First, the sign for ROOM is made with both hands in the shape of 1 with palms facing downwards at the front in the middle. The index fingers move towards the sides then move backwards and finally go back to the middle where they meet again. (ii) Then the sign for SLEEP is made. The hands take the shape of 5 and are placed palm to palm at the side of the head which leans over them. The second sign is almost the same except that for the second part only one hand is placed at the side of the head palm facing upwards and the head leans over the palm.